Paul Steve ta’ 24 sena mis-Senegal inżamm arrestat wara li kien mixli li pprova jisraq fi stabbiliment f’kumpless kummerċjali f’San Ġiljan nhar it-12 ta’ Marzu li għadda.
Huwa kien akkużat ukoll mill-Ispettur Leroy Balzan Engerer li seraq min ħanut ieħor fl-istess stabbiliment f’San Ġiljan, li wettaq reat waqt li kien fuq sentenza sospiża u li huwa riċediv.
Huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.