Matthew Camilleri ta’ 34 sena mill-Gżira tressaq il-Qorti akkużat li waqt li kien meħlus mill-arrest jistenna l-eżitu ta’ appell dwar sentenza ta’ sitt snin priġunerija, seraq min-numru ta’ ħwienet. Huwa nżamm arrestat.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ serq aggravat ta’ flus kontanti minn ħwienet f’Santa Venera, Ħal Balzan u Birkirkara bejn it-12 u s-17 ta’ Novembru.
Dan filwaqt li ġie akkużat wkoll li rreżista l-arrest bi vjolenza, li huwa riċediv u li kiser ordni tal-ħelsien mill-arrest imposta fuqu mill-Qorti fost l-oħrajn.