Tomislav Hegedus minn Ħ’ Attard tressaq il-qorti akkużat b’ pussess aggravat ta’ ecstasy u kokaina f’ ammonti li ma jindikawx li kienu għall-użu personali tiegħu.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena kien arrestat f’ Pembroke is-Sibt li għadda fejn fil-karozza tiegħu instabu 767 pillola esctacy, 18-il gramma kokaina u ammont zgħir ta’ kannabis.
Hegedus wieġeb mhux ħati.
Il-maġistrat Marseanne Farrugia ordnat l-iffriżar tal-assi tiegħu u ħelsitu mill-arrest fuq garanzija personali ta’ tletin elf ewro. Iżda peress li l-assi tiegħu huma ffriżati u ma sabx min iħallaslu d-depożitu, huwa nżamm taħt arrest.