Il-Pulizija ressqet raġel ta’ 30 sena imwieled ir-Rabat, Għawdex.
Huwa ġie akkużat li fit-12 ta’ Lulju kellu fil-pussess tiegħu ecstasy, LSD u pjanta tal-kannabis. Barra minn hekk, ġie akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina, liema droga instabet f’tali ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet tal-Qorti, fosthom depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ 2000 ewro.