Sandesha Shetty ta’ 31 sena mill-Indja inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi stupru fid-dar tal-anzjani fl-Imtarfa nhar il-Ħadd li għadda.
L-akkużat li jaħdem bħala carer qed ikun akkużat ukoll li żamm lill-vittma kontra l-volontà tagħha, li fil-jiem ta’ qabel l-istupru uriha materjal sesswali u kif ukoll li għaddiela xi kummenti.
Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, l-imputat wieġeb li mhux ħati.
L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qed jidhru għall-akkużat.