Mustafa Tunkara mill-Gambja inżamm taħt arrest preventiv wara li fuqu instabet droga kannabis.
Ir-raġel ta’ 38 sena u li jgħix fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa, fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn kien fil-kumpanija ta’ nies oħra f’San Ġiljan meta waqt ronda tal-pulizija huma dehru suspettużi.
Wara li l-pulizija resqet lejhom dawn telqu jiġru iżda ġew arrestati kollha ftit wara. Fi tfittxija li saret fuqhom ma rriżulta xejn ħlief fuq l-akkużat li fil-qalziet ta’ taħt instab mas-sittax -il gramma raża tal-kannabis.
Huwa ġie mixli wkoll li d-droga fil-pussess tiegħu instabet mhux għall-użu esklussiv tiegħu iżda anki biex jittrafikaha.