Malti ta’ 39 sena mis-Swieqi nżamm arrestat wara li l-Ġimgħa waranofsinhar allegatament kellu argument mas-sieħba tiegħu u kien vjolenti magħha.
Fil-Qorti d-difiża spjegat li l-imputat huwa dak li kien aggredit hekk kif is-sieħba marret għalih f’daru. Għalhekk mhux ikun eskluż li s-sieħba t-titressaq il-qorti b’akkużi simili.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubda kontrih, iżda l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.