Il-Qorti reġgħet ordnat l-arrest ta’ Niġerjan wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja . Lura fl-2010, n-Niġerjan kien arrestat wara li prova jdaħħal f’pajjiża sittin kapsula tal-kokaina moħbija fl- istonku ta’ Rumen, dan wara vjaġġ għal Malta minn Dusseldorf.
Kien wara l-investigazzjoni metikoluża li wettqet l-iskwadra kontra d-droga li waslitha għal għand n-Niġerjan li kien ilu biss tlett xhur jgħix f’pajjiżna.Hu kien akkużat li prova jimporta d-droga kokaina.
Wara li n-Niġerjan kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja wara li m’attendiex il-qorti għas-smigħ tal-każ, il-Pulizija skopriet li wara li biddel l-indirizz tad-dar n-Niġerjan ħarab minn pajjiżna u eventwalment kien arresta l-Ungerija wara li nħareġ mandat t’arrest Ewropew.
In-Niġerjan kien eskortat lura pajjiżna. Fil-Qorti qal li minħabba d-dewmien fil-każ ħass li kien aħjar jitlaq minn pajjiżna. Il-Maġistrat qalet li filwaqt li fehment is-sitwazzjoni li kien fiha, huwa qatt ma kellu jaġixxi b’dan il-mod b’konsegwenza li aggrava l-każ. Kien għalhekk li d-depożitu ta’ tlett t’elef u ħames mitt ewro kien ikkonfiskat u anka l-garanzija personali ta’ ħamsa u tletin elf ewro.