Raġel akkużat li saq il-karozza tiegħu fuq folla ta’ nies fil-belt Awstralja ta’ Melbourne kien akkużat bi tmintax-il għadd ta’ attentat ta’ qtil.
L-eks refuġjat Afgan, Saeed Noori, ta’ tnejn u tletin sena, deher quddiem il-qorti Awstraljan u qiegħed jinżamm taħt arrest u ma kien hemm l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat sejjaħ għal rapport psikoloġiku u Noori huwa mistenni li jerġa’ jittella’ l-qorti nhar l-Erbgħa li ġej.
Aktar minn tnax-il persuna għadhom qed jiġu ttratati l-isptar wara l-każ li seħħ il-Ħamis li għadda fi Flinders Street. Tlieta minnhom jinsabu f’qagħda kritika filwaqt li disgħa minn dawk midruba huma barranin mill-Korea t’isfel, l-Irlanda, l-Venezwela, iċ-Ċina, l-Indja u l-Italja.
Minkejja li l-każ mhux jitqies wieħed terroristiku, żdiedet is-sigurta’ b’mod immedjat madwar il-belt ta’ Melbourne.