Raġel mill-Pietà li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ġie akkużat li kkaġuna tbatija psikoloġika lill-eks sieħba tiegħu.
L-imputat ta’ 36 sena allegatament hedded lill-eks sieħba tiegħu b’mod verbali u permezz ta’ messaġġi fuq siti soċjali.
Huwa ġie mixli wkoll li fit-28 ta’ Ottubru, allegatament kiser il-paċi pubblika u insulenta jew hedded lill-eks sieħba tiegħu.
Il-Maġistrat ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.