In-negozjant tal-karozzi Bernard Attard reġa’ ġie arrestat mill-Pulizija wara li kiser xi kundizzjonijiet tal-bail li kienu imposti fuqu mill-Qorti.
Fil-Qorti ġie spjegat kif il-Pulizija reġgħet arrestat lil Attard wara li allegatament pprova jikkomunika mal-imputata l-oħra, Maria Rita Spiteri, f’każ li bħalissa jinsab għaddej kontrihom.
Ġie spjegat li din hi ħaġa li tmur kontra l-kundizzjonijiet li ġew imposti fuqu.
Hu, flimkien ma’ Spiteri, jinsabu akkużati, fosthom b’ħasil ta’ flus, traffikar tal-bnedmin, falsifikazzjoni ta’ dokumenti uffiċjali u frodi, b’rabta mal-ħruġ ta’ permessi foloz ta’ residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, kien instema’ li, b’kollox, dawn allegatament kienu assistew fil-ħruġ ta’ seba’ permessi ta’ residenza foloz.
Fil-Qorti l-Ispetturi Christian Abela u Lara Butters sostnew li, minħabba li ma żammx mal-kundizzjonijiet imposti fuqu, Attard għandu jerġa’ jinżamm arrestat u biex il-flus, li ppreżenta bħala garanzija personali, għandhom jgħaddu għand l-Istat.
It-Tnejn waranofsinhar, Attard ammetta dawn l-akkużi li nġiebu kontrih, bIl-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Ann Marie Thake, mistennija tagħti s-sentenza nhar il-Ġimgħa li ġej.
Sadanittant il-Qorti ċaħdet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest, b’Attard jerġa’ jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.