Raġel inżamm arrestat wara li ġie akkużat b’attentat ta’ qtil.
Mohammed Husayn Mustafa Omar kien tpoġġa fuq il-lista ta’ persuni mfittxija mill-Pulizija lura fi Frar wara li ġie identifikat bħala s-suspettat ewlieni f’każ li fih raġel qala’ xeba sikkina fi Triq il-Miratur fil-Furjana f’Jannar. L-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Alfred Mangion qalu li Omar, Libjan li hu refuġjat, ġie akkużat b’attentat ta’ qtil, li kkawża ġrieħi gravi fuq persuna permezz ta’ sikkina, li ġarr sikkina waqt ir-reat, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr permess, li kiser il-paċi pubbila u li kien riċediv.
L-avukat tal-akkużat, Yanika Camilleri, qalet lill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale li r-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi, fejn ma kien hemm ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat.