Mara minn San Pawl il-Baħar ma nstabitx ħatja ta’ prostituzzjoni u serq, wara li l-allegat vittma ma kienx konsistenti fix-xhieda tiegħu.
Il-seħħ fi Frar tas-sena l-oħra, meta raġel għamel rapport fl-għassa tal-Qawra. Qal li fix-xahar ta’ qabel, meta mar għand l-akkużata u kien fuq is-sufan, hija tfiet id-dawl u raġel ta’ karniġjon skur ġie jitolbu l-flus u ġiżrana li kien liebes.
Huwa qal li għażel li jitlaq il-barra mid-dar imma ma marx jagħmel rapport l-għassa għax kien qed jiġi segwit minn persuna oħra. Ir-rapport għand il-Pulizija sar ħmistax il-ġurnata wara fejn irraporta li nsterqulu €300 mill-kartiera.
Fix-xhieda tiegħu l-vittma qal lill-Pulizija li huwa mar għand il-mara għal servizzi ta’ sess iżda mbagħad dawwar il-verżjoni u qal li kien imur għandha ta’ spiss għal kafe. Qal li qatt ma kellhu x’ jaqsam magħa iżda mbagħad qal li kien midħla tagħha sew.
Fil-qorti r-raġel ma ġiex emmnut li kien qed jiġi segwit minn persuna oħra, għax ir-rapport dam biex għamlu iżjed minn ħmistax il-ġurnata.
Qal ukoll li ma setax jiftakar il-post fejn allegatament seħħ il-każ, madankollu wara huwa ħa lill-pulizija fuq il-post. Il-Qorti qalet ukoll li eventwalment ma’ kienx hemm evidenza biżejjed sabiex il-mara tiġi akkużata bi prostituzzjoni.
Kien għalhekk lill-maġistrat ħeles lill-mara minn kull akkuża.