B’investiment ta’ €1.5 miljun, ġie inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop.
B’kollox, fil-jiem li ġejjin, 18-il familja se jkunu qegħdin jingħataw post sikur u modern fejn jistgħu jibnu ħajjithom u jgħixu ħajja diċenti.
Meta inawgura l-proġett, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, irrimarka li l-akkomodazzjoni soċjali beda minn fond ta’ €2 miljun u illum l-investiment ilaħħaq €43 miljun, jiġifieri żieda ta’ 200 fil-mija.
“Dan huwa xhieda ta’ fejn tħabbat qalb il-Gvern: qalb Soċjalista li se tkompli taħdem qatigħ biex kulindividwu jkollu saqaf fuq rasu,” qal il-Ministru.
It-18-il familja li se jkun qiegħed jilqa’ dan il-proġett se jgħaddu minn proċess tal-applikazzjoni u verifiki skont l-istrateġija ta’ allokazzjoni li tnediet fl-2021.