L-akkademja Taljana tat-tartuf ħabbret li se tiftaħ kwartieri internazzjonali f’Malta minn dan ix-xahar. Dan se jsir fir-ristorant The Village Kitchen.
L-għan ta’ din l-akkademja huwa li tiġi promossa t-tartufa fl-użu ta’ tisjir ta’ kwalità.
L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva hija li titkattar it-tradizzjoni u l-kultura kulinari Taljana kemm fl-ikel kif ukoll fl-inbid.
Fi stqarrija, l-akkademja qalet li r-ristorant The Village Kitchen se jkun garazija tat-tixrid tat-tagħrif dwar it-tartufa u l-valur ta’ prodotti Taljani fil-kċina Maltija.
Il-ftuħ tal-kwartieri f’pajjiżna se jsiru nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu.