Il-Parroċċa tal-Madonna ta’ Pompei ta’ Marsaxlokk, qed torganiżża akkademja mużikali bis-sehem tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei, taħt id-direzzjoni ta’ Etienne Spiteri, f’ġieħ il-125 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa.
Il-kunċert ser jittella’ fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei, Marsaxlokk, nhar is-Sibt 8 ta’ Jannar 2022, fis-7:30pm. Kulħadd huwa mistieden. Id-dħul huwa b’xejn. Il-miżuri tas-Saħħa kontra t-tixrid tal-imxija COVID19 ser jiġu mħarsa bir-reqqa.
Aktar informazzjoni fuq il-paġna ta’ facebook: Marsaxlokk Parish jew fil-profil ta’ instagram Santwarju Marsaxlokk.