Il-Federazjoni Maltija tal-Kenura kellha ħolma li issa saret realtà, hekk kif tħabbar il-bidu tal-Akkademja Maltija tal-Kenura.
L-akademja tilqa’ tfal ta’ bejn il-11 u s-16-il sena għall-ewwel kors ta’ taħriġ fil-qasam tal-kenuri u l-kayaks. Il-korsijiet fi ħdan l-akkademja se jibdew dan ix-xahar u l-membri jistgħu jattendu żewġ sessjonijiet ta’ taħrig fil-ġimgħa.
Il-kors hu bbażat fuq is-sillabu tal-British Canoe Union (BCU) Paddle-Power syllabus. Il-korsojiet tal-Akkademja Maltija huma ddisinjati, monitorjati u mogħtija mill-coach nazzjonali Aleksey Babadjanov.
Babadjanov hu qaddief olimpiku u Champion tal-Logħob Ażjatiċi, bi snin twal ta’ esperjenza f’diversi kampjonati kif ukoll bħala kowċ ta’ qaddiefa professjonali u żgħażagħ. Is-sessjonijiet ta’ taħriġ tal-kors mniedi mill-MCF ser jinżammu l-Marina ta l-Imsida li huma mmexija mill-Malta Canoe Racing Club.
Sessjonijiet oħra se jinżammu fil-pixxina nazzjonali tal-Qroqq, taħt is-superviżjoni tal-Malta Canoe Polo Club. F’dawn l-aħħar snin l-MCF kienet strumentali fil-qabża fil-livell u l-kwalità li saret fil-qassam ta’ dan l-isport lokalment.