Il-Kunsill tal-Ewropa appunta lill-Professur Joe Cannataci bħala Espert Ewlieni li se jkun qed imexxi tim b’rabta mal-interpetazzjoni tal-Konvenzjoni 108 – it-trattat internazzjonali tal-Kunsill Ewropa li jieħu ħsieb il-protezzjoni tal-privatezza u kif ukoll tad-data.
Cannataci se jkun qed imexxi l-ewwel laqgħa tiegħu ma’ grupp ta’ esperti għada.
Din il-Konvenzjoni hija l-akbar u l-uniku trattat internazzjonali li jipproteġi l-privatezza fid-dinja diġitali. Aktar minn 55 pajjiż irratifikaw dan it-trattat, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.