Fit-tmienja ta’ Diċembru l-Malta Air Traffic Services implimentat il-Free Route Airspace fir—Reġjun tal-Informazzjoni tat-Titjiriet ta’ Malta.
Dan il-proġett se jippermetti li l-ajruplani jtiru rottot ‘il fuq minn 33,500 pied għoli b’aktar effiċjenza, jaħarqu inqas fjuwil u jiġġeneraw inqas emissjonijiet.
Din it-teknoloġija se tippermetti li ajruplan itir dirett minn punt għall-ieħor mingħajr ma jsegwi rotot virtwali li jeżistu fl-ispazji tal-ajru għall-fini ta’ sigurtà.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis innota li apparti dan il-proġett, il-MATS fl-2012 kienet tiswa ftit iktar minn €2 miljun imma f’dawn it-tliet skin ġiet tiswa mat-€33 miljun wara li ħallset id-djun kollha li tħalliet bihom taħt Gvern Nazzjonalista.