Rapporti fil-midja Żvediża qegħdin jgħidu li l-Gvern qiegħed jikkunsidra li fil-ġejjieni jibgħat ajruplani militari tat-tip Gripen lill-forzi Ukreni.
Jekk dan hu minnu dawn l-ajruplani, tal-aħħar teknoloġija, mistennija li jkunu strumentali fl-isforzi kontro-offensivi Ukreni. Madankollu, din il-mossa se tkun qed tagħti dimensjoni oħra għall-involviment ta’ pajjiżi Baltiċi u Nordiċi fil-Gwerra fil-Lvant tal-Ewropa.
Ingħad li l-ajruplani jissodisfaw il-ħtiġijiet li l-forzi Ukreni riedu fl-aħħar snin b’talbiet għal ajruplani Amerikani, F-16, li iżda s’issa għadhom ma waslux.