Ajruplani militari Amerikani qed jippruvaw jidħlu fil-Veneżwela biex jagħtu l-għajnuna umanitarja f’belt li tinsab viċin il-fruntiera Kolombjana, fuq talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni tal-pajjiż, Juan Guaido.
Huwa ddikjara lilu nnifsu president interim ix-xahar li għadda.
Il-maġġoranza taċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż allegatament qed ibatu l-ġuħ, u bosta sptarijiet ewlenin qed isofru nuqqas ta’ mediċini aċċessibbli.
Minkejja li mas-sitt mitt elf persuna kkommettiet ruħha biex tgħin f’din l-operazzjoni umanitarja, jidher li l-ajruplani mill-Istati Uniti mhux se jitħallew jidħlu fil-Veneżwela. Dan hekk kif il-President Nicolas Maduro ħareġ jallega li din l-operazzjoni hija biss konfoffa biex l-Istati Uniti tinvadi l-Veneżwela.