Ajruplan tat-tip Fly Synthesis Storch sfrondatlu r-rota ta’ quddiem mal-inżul tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-każ seħħ is-Sibt waranofsinhar waqt li l-ajruplan kien nieżel fuq runway 23 tal-istess ajruport.
Immedjatament fuq il-post marru ħaddiema tas-salvataġġ stazzjonati fl-ajruport fejn taw l-ewwel assistenza lill-bdot. Kif jixhed ir-ritratt kawża tal-inċident l-ajruplan ġarrab diversi ħsarat fil-parti ta’ quddiem tiegħu fosthom fl-iskrun.