Ħadd ma’ weġġa’ meta ajruplan żgħir li jesa’ żewġ passiġġieri ġġarraf illum wara nofsinhar fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:25 ta’ wara nofsinhar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim tal-emerġenza fejn kelliema għall-MIA sostniet li fortunatament ħadd ma weġġa’.