Ħadd ma weġġa’ meta ajruplan tal-Air Malta minn Malta għall-Catania, KM640, intlaqat minn sajjetta waqt li kien qed jersaq lejn l-ajruport. L-ajruplan niżel f’Catania b’mod sigur.
Titjijra oħra, KM624 minn Malta għal Milan, ittieħdet Catania biex grupp ta’ inġiniera setgħu jaħdmu fuq l-ajruplan u jivverifikaw li jista’ jtir.
Il-passiġġiera, membri tal-ekwipaġġ u l-ajruplan ma kienu f’ebda perikolu fi kawlunkwe ħin.