Ajruplan tal-Air Malta intlaqat minn trakk tal-catering. Il-Kaz seħħ il-ġimgħa waranofsinhar meta l-ajruplan tal-Air Malta kien qiegħed fir-runway tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Ħal Luqa.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li inġiniera tal-Air Malta qegħdin jagħmlu spezzjonijiet biex jiddeterminaw l-ħsarat li sofra l-ajruplan sabiex ikun jista’ jkompli bit-titjiriet malajr kemm jista’ jkun.
Dan l-inċident jista’ jkollu impatt fuq titjiriet skedati. Għaldaqstant, l-passiġġiera huma mitluba sabiex isegwu s-sit tal-Air Malta dwar l-aħħar żvilupp fuq t-titjira tagħhom.
L-Air Malta qalet li qiegħda tipprova topera bit-titjiriet mingħajr ma jkunu effettwati ħafna titjiriet. Filwaqt li tħares s-sigurta kemm tal-passiġġiera u l-ekwipaġġ.
L-Air Malta skuzat ruħa ta’ kull inkonvinjent.