Ajruplan tad-DHL għadu kif għamel inżul t’emerġenza f’Malta wara li l-ekwipaġġ irraporta xi duħħan abbord l-ajruplan. Dan seħħ ftit wara t-tluq tiegħu minn pajjiżna.
Mal-wasla tiegħu l-ajruplan ġie mdawwar minn diversi vetturi tat-tifi tan-nar stazzjonati l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fuq il-post marru wkoll timijiet mediċi u kif ukoll ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Kawża tal-inżul tal-emerġenza, żewġ titjiriet kellhom dewmien u ntalbu jibqgħu jtiru fuq il-baħar sakemm ingħataw il-permess biex jinżlu l-ajruport.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
