Ajruplan privat kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara problemi tekniċi li kellu fosthom dawk ta’ komunikazzjoni.
L-ajruplan niżel fil-mitjar Malti għall-ħabta tas-sitta u nofs tat-Tnejn filgħaxija u fuq il-post kien hemm uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ ambulanza b’mediċi mill-isptar Mater Dei sabiex jassistu bl-ewwel għajnuna.
Mis-sorsi ta’ ONE News jidher li l-ajruplan sab diffikultà fl-ajru filwaqt li ma kienx hemm kuntatt sew mat-torri tal-kontroll. Jidher li kien hemm ukoll xi problemi fis-sistema tal-autopilot tal-istess ajruplan.
L-ajruplan huwa tal-għamla Cessna Citation N505MS.