Ajruplan tas-Singapore Airlines li kien sejjer Milan ħa n-nar ftit wara li niżel b’emerġenza.
Għaddew sagħtejn mill-ħin tat-titjijra SQ368 meta rriżluta li kien hemm problema fil-magni.
L-ajruplan dar lura u laħaq niżel qabel il-magna tal-lemin tal-Boeing 777 ħa n-nar. Il-222 passiġġier abbord u 19 membru tal-ekwipaġġ kienu evakwati u ħadd ma’ weġġa’.