Ajruplan tal-passiġġieri spiċċa fil-baħar viċin l-Ajurport Internazzjonali ta’ Chuuk f’Micronesia, wara li ħareġ ‘il barra mir-runway.
Ritratti li tpoġġew fuq l-internet juru ajurplan tal-Air Niugini minn Papua New Guinea wieqaf f’baħar baxx viċin tal-kosta.
Ħadd mill-35 passiġġier u 12-il membru tal-ekwipaġġ abbord it-titjira ANG73 ma sofra ġrieħi serji.
Il-kawża ta’ dan l-inċident għadha mhux magħrufa, iżda l-investigazzjonijiet se jibdew daqt.