L-awtoritajiet Griegi qegħdin jinvestigaw każ fejn iġġarraf ajruplan privat ftit ‘il bogħod mill-gżira Griega ta’ Samos tard it-Tnejn filgħodu.
Fih kien qed jivvjaġġa Haim Geron u martu li konsegwentament tilfu ħajjithom f’dan l-inċident.
Geron kien uffiċjal prominenti fil-Ministeru għall-Komunikazzjoni Iżraeljan u kien wieħed minn mijiet ta’ xhieda li kienu mistennija jixhdu fil-każ kontra Netanyahu.
L-eks Prim Ministru qed jiġi affaċċjat bi frodi, tixħim u ksur ta’ fiduċja minħabba r-relazzjoni li kellu ma’ negozjanti, ġganti tal-midja u ditti ta’ telekomunikazzjoni Iżraeljani.
Netanyahu li għamel snin twal fit-tmun niżel mill-poter din is-sena u nnega kull allegazzjoni. Hu saħansitra ddieħaq bil-lista twila ta’ xhieda li tlaħħaq it-tliet mitt persuna li mistennija jixhdu fil-ġuri tiegħu.