Erba’ ċittadini Amerikani flimkien ma pilota Awstraljan tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir iġġarraf f’ċentru kummerċjali f’Melbourne, l-Awstralja.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li dan l-ajruplan iġġarraf wara li ħsarat fil-magna. L-ajruplan żgħir waqa’ ftit wara t-tluq tiegħu mill-Ajruport ta’ Essendon.
B’xorti tajba, l-ebda persuna li kienet fl-istabbiliment ma tilfet ħajjitha jew weġġgħet hekk kif il-ħwienet jiftħu siegħa wara li dan l-ajruplan waqa’.
Dan qed jiġi meqjus bħala l-agħar aċċident tal-avjazzjoni fl-istat f’dawn l-aħħar 30 sena.