- L-inċident seħħ fis-07.20
- Ajruplan tal-militar tal-Lussemburgu waqa’ fil-mument ta’ tluq minn pajjiżna
- Ħames Franċiżi jitilfu ħajjithom
- It-titjiriet qed jiġu lura għan-normal
- L-ajruplan kellu problemi fit-tluq
- Mhux l-ewwel darba li telaq minn pajjiżna
- Dan huwa wieħed mill-agħar inċidenti li jinvolvu ajruplan f’pajjiżna
Fis-07.20, ajruplan militari tal-Lussemburgu tat-tip Fairchild Metroliner, li telaq minn Malta waqa’ ftit tal-ħin wara għaliex kellu problemi fit-tluq.
Fi stqarrija tal-Gvern Malti kien ikkonfermat li l-mejta b’rabta mal-inċident tal-ajruplan Fairchild Metroliner Mark III huma ħames Franċiżi u ntqal li nstabu l-fdalijiet ta’ kollha kemm huma.
Il-midja Franċiża, France 24, qed tgħid li tlieta mill-vittmi kienu qed jaħdmu f’isem il-Ministeru tad-difiża Franċiża filwaqt li żewġ persuni oħra kienu ħaddiema ta’ kuntrattur privat.
L-ajruplan huwa rreġistrat l-Istati Uniti u mikri lill-kumpanija fil-Lussemburgu. Jirriżulta li dan huwa parti minn operazzjoni Franċiża li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ħames xhur bil-għan li tinvestiga rotot ta’ traffikar illegali, primarjament traffikar tal-bnedmin u tad-droga. It-titjira kienet irreġistrata mal-Malta Air Traffic Services bħala waħda lokali u kellha tkun lura Malta fi ftit sigħat mingħajr ma tinżel f’pajjiżi oħra.
Dan l-ajruplan mhux l-ewwel darba li telaq minn pajjiżna.
L-ajruplan kellu jitlaq minn Malta fis-07:00
![fdalijiet-10](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/FDALIJIET-10.jpg)
Il-fdalijiet tal-ajruplan
Official information, footage+eyewitnesses inc 3soldiers at Safi barracks, 2 commercial airline pilots point at no explosion prior to impact
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) October 24, 2016
![mejtin](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/MEJTIN.jpg)
Il-karozza tal-mejtin fuq il-post.
![screen-shot-2016-10-24-at-11-11-32](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/Screen-Shot-2016-10-24-at-11.11.32.png)
Fuq il-post tasal il-karozza tal-mejtin.
Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Federica Mogherini qalet li dan l-ajruplan ma kellhu x’jaqsam xejn mal-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li kien hemm rapporti li kien qed jintuża mill-Franċiżi.
No #EU officials involved in plane crash in #Malta. The flight was not related to any of the EU activities
— Federica Mogherini (@FedericaMog) October 24, 2016
![xena](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/XENA.jpg)
L-investigazzjoni tkompli, bħalissa qed jittieħdu numru ta’ ritratti minn l-għoli tax-xena traġika.
The plane that crashed in Malta was not deployed by Frontex. — Frontex (@Frontex) October 24, 2016
![tm](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/TM.jpg)
Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta jasal fuq il-post
![screen-shot-2016-10-24-at-08-42-15](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/Screen-Shot-2016-10-24-at-08.42.15.png)
Il-messaġġ ta’ Mater Dei wara l-inċident.
![zghazugh](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/ZGĦAZUGĦ.jpg)
William. Zagħzugħ ta 19-il sena jgħid li kien hawn jieħu ritratti – xi 7.30a.m ra l-ajruplan jinbidel f’ballun tan nar – splużjoni qawwija
![ajruplan](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/AJRUPLAn-1024x576.jpg)
Passiġġieri jitniżlu mill-ajruplan wara li t-titjira ġiet ikkanċellata.
![ajruplan-image](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/AJRUPLAN-IMAGE.jpg)
Dawk li kienu fuq ajruplan li kien se jitlaq raw din ix-xena mill-viċin.
![tabib-emergenza](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/TABIB-EMERĠENZA.jpg)
It-tobba ta’ emerġenza fuq il-post.
Ritratt: Tonio Magri