Ajruplan tal-merkanzija kkraxxja qrib il-kapitali Iranjana ta’ Tehran u ħalla 15-il ruħ mejta.
L-ajruplan tat-tip Boeing 707 ħareġ mir-runway and laqat ħajt fl-ajruport ta’ Fath f’Karaj, 40 kilometru tal-Punent ta’ Tehran, konsegwenza ta’ temp xejn favorevoli.
L-armata Iranjana qalet li persuna waħda mis-sittax il-Iranjan abbord nstab ħaj, u ġie meħud l-isptar.