“Ajjut, ajjut, ajjut,” Din kienet il-karba ta’ kok Taljan li għall-bidu ħadd ma emmnu. Hekk irrakkonta l-impjegatur ta’ dan il-kok li pprova jċempel lin-numri tal-emerġenza iżda ħadd ma emmen il-karba tiegħu. L-istess raġel spjega kif kien diversi sigħat wara, wara t-8:00 ta’ filgħaxija, li r-rispons beda.
Intant rapporti fuq midja barranija qed tirrapporta kif raġel li kien ma’ martu u ż-żewġt itfal tiegħu fil-lukanda li ntradmet taħt is-silġ, għamel l-aħħar telefonata lill-impjegatur tiegħu għall-għajnuna l-Erbgħa filgħaxija.
Qed jingħad li l-istess raġel irnexxielu jsalva wara li ħareġ mil-lukanda biex iġib xi affarijiet mill-karozza qabel ma ntlaqtet minn valanga.
Rapporti fil-midja Taljana qalu li kienu diversi persuni li bagħtu messaġġi fuq numri t’emerġenza li kienu jgħidu li jinstabu maqbudin fil-lukanda.
Valanga laqtet lukanda fejn aktarx li l-valanga hija konsegwenza ta’ terremot li seħħ fl-Italja lbieraħ. Uffiċjali ta’ salvataġġ kellhom lejl ta’ ħidma biex waslu sal-lukanda fuq il-muntanja Gran Sasso fir-reġjun ta’ Abruzzo.