Qorti f’Pariġi qalet li l-linja tal-ajru Air France u l-manufattur tal-ajruplani Airbus għandhom jaffaċċjaw il-ġustizzja għall-qtil involontarju ta’ 228 persuna. Dawn inqatlu fl-1 ta’ Ġunju tal-2009, 12-il sena ilu, meta ajruplan iġġarraf fl-Atlantiku. It-titjira kienet telqet minn Rio de Janeiro fil-Brażil, u kienet destinata għal Pariġi.
Investigaturi li ħadmu fuq il-każ qalu li l-bdoti tilfu l-kontroll tal-ajruplan wara difett tekniku.
Il-linja tal-ajru u l-kumpanija t-tnejn mistennija jappellaw il-każ.