Il-kantant lokali Aidan ħabbar l-ewwel kunċert tiegħu, li se jsir fl-MFCC f’Ta’ Qali, nhar il-Ġimgħa wieħed u tletin ta’ Mejju.
Bl-isem ‘The Show’, dan il-kunċert ta’ darba se jinkludi fih l-akbar suċċessi tal-kantant li, għal diversi xhur, iddominaw ix-xena mużikali lokali, fosthom ‘Naħseb Fik’, ‘Ritmu’, ‘Reġina’, ‘Pupa’ u ‘Juliette’, b’din tal-aħħar bħalissa tinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-kanzunetti f’Malta.
Dawk kollha li jattendu se jkollhom iċ-ċans li jesperjenzaw it-tip ta’ spettaklu mill-aqwa li Aidan hu magħruf għalih.
F’kummenti ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet, Aidan qalilna li jinsab eċċitat ħafna għall-ewwel kunċert tiegħu u wiegħed spettaklu mill-aqwa.
“Qed insejħulu xow u mhux kunċert, hemmhekk qiegħda d-differenza, in-nies ħa jkollhom spettaklu ta’ ’l fuq minn sagħtejn sħaħ ta’ kanzunetti, arranġamenti ġodda, ta’ kanzunetti li diġà kulħadd jaf – fosthom ‘Naħseb Fik’, ‘Reġina’, ‘Ritmu’, ‘Pupa’, ‘Juliette’ ukoll li bħalissa qiegħda fl-ewwel post tal-klassifika ta’ Malta, ħa jkun hemm tnax-il żeffiena, ħafna props, ħafna effetti speċjali, u ħa nkun qed niżvela xi kanzunetti ġodda wkoll. Mhux xow televiżiv, jiġifieri n-nies biex igawdu l-ispettaklu jridu jkunu hemmhekk preżenti.” 39
Il-biljetti se jkunu għall-bejgħ mit-Tnejn ħmistax t’April minn fuq www.showshappening.com.