Żewġ tfajliet mill-Venezwela nżammu arrestati wara li ġew akkużati li fil-pussess tagħhom kellhom erba’ kilogrammi droga suspettata kokaina b’valur ta’ €400,000.
Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
In-nisa aħwa, waħda ta’ 18 il-sena u oħra ta’ 29 sena,twaqqfu mill-uffiċjali tad-Dwana kif waslu f’Malta b’titjira minn Madrid, wara li qam suspett li qegħdin iġorru fuqhom sustanza illegali.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużati ma kkoperawx mal-uffiċjali tad-Dwana u għalhekk intalbet l-assistenza tal-Pulizija tal-Ajruport.
Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni biex jiġu ffriżati l-assi kollha taż-żewġ imputati.