Jekk għandek il-ħsieb li din il-ġimgħa taħsel il-karozza jew forsi t-twieqi tad-dar, jaqbillek taħsibha darbtejn.
Dan hekk fi tmiem il-ġimgħa mistennija x-xita tal-ħamrija, fejn skont dak irrapportat minn FirstMalta jiġi nnotat li l-kurrenti li se jġibu din is-sistema lejna se jimxu mit-Tramuntana tal-Afrika fid-direzzjoni lejn Sqallija u se jolqtu lil Malta xi ftit.
Għalkemm siti Taljani qed isostnu li ġej maltemp kbir li se jolqot lil Sqallija, wieħed għandu jserraħ rasu li l-gżejjer Maltin mhux se jkunu daqstant affettwati.
Flimkien mal-ħalbiet tax-xita li se jkunu qed jolqtu l-gżejjer Maltin se jkun qed ikun hemm ammont ta’ trab li se jiġi depozitat max-xita.