- Sapun tal-platti
- Sapun tal-ħwejjeġ
- Sapun tal-art
- Deterġenti
- Disinfettanti
- Toothpaste
- Mouthwash
Dawn huwa kollha prodotti li nqalgħu mill-eko-kontribuzzjoni u ma ddaħlet ebda Sisa fuqhom.
Jiġifieri prodotti li mhux se jgħolew.
Ma ddaħlet l-ebda sisa fuq il-batteriji. Anzi, l-eko-kontribuzzjoni fuqhom se titneħħa mill-1 ta’ Jannar 2017. Fil-bidu tas-sena d-dieħla, l-ERA se tintroduci skema li tikkoncerna l-ġbir u r-rimi tal-batteriji skont kif mitlub mid-Direttiva Ewropea tal-batteriji.
Ma ddaħlitx taxxa tas-sisa ġdida fuq il-garbage bags. Il-garbage bags kienu diġa’ soġġetti għas-sisa. F’dan il-bagit żdiedet ir-rata, għal skop ambjentali, fuq il-boroż is-suwed biss li jintużaw għal skart mhux riċikklabbli, pero ġew eslużi dawk bio-degradable.
Ninsabu informati li t-taxxa ġdida tas-sisa, li ħadet post l-eko-kontribuzzjoni, se tiġi mdaħħla b’rati baxxi fuq prodotti ta’ tindif personali u sbuħija bħal fwieħa, make-up u prodotti tal-ġilda, pero esklużi prodotti li huma medikamenti, prodotti tax-xagħar, sapun u deodoranti u room deodorisers.