L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu lill-pubbliku biex jieħdu l-prekwazzjonijiet kollha b’rabta man-nirien li ħakmu l-faċilità tal-Wasteserve. Fi stqarrija ntqal kif aktar minn qatt qabel wieħed għandu jaħsel il-frott u l-ħxejjex qabel jikolhom jew isajjarhom. Dan fid-dawl tal-possibiltà li materjal maħruq ħalla effett fuq il-ħxejjex u l-frott fiż-żona. L-awtoritajiet qed jiġbru kampjuni sabiex isir l-analiżi meħtieġ.
Kull min irid aktar informazzjoni jista’ jagħmel kuntatt mad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fuq 21337333.