Il-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun, il-Knejjes Barokki, Strickland, il-ħakkiema kollha li xi darba għaddew minn pajjiżna, l-effett tat-Tieni Gwerra …kollha sors ta’ faxxinu kbir għall-ġurnalist tal-Wall Street Journal, li f’artiklu dwar pajjiżna, provda dan il-parir:
Escape to Malta, a Place With a ‘Game of Thrones’ Past
It-titlu jirrifletti s-sejre li nġibdet f’Malta u għalhekk l-insdustrija tal-films li tant rat avvanzi f’dawn l-aħħar snin.
‘Ariċpelagu żgħir f’nofs il-Meditterran, premju ġeopolitiku u art ta’ battalji mdemmija għal eluf ta’ snin’ – hekk iħares il-barrani lejn Malta.
Iżda għaraf ukoll li Malta mhux xi pajjiż ibbalzmat fil-passat. Jgħid li Malta saret destinazzjoni popolari ħafna grazzi għall-bajjiet mill-isbaħ u jsemmi l-proġetti li saru fil-Belt Valletta flimkien mal-iżvilupp li nnota f’Tas-Sliema.
Iżda fuq kollox jolqtuh l-Arkivji Notarili – eluf ta’ dokumenti li jmorru lura eluf ta’ snin, taħt saqaf wieħed antikissimu fil-Belt Valletta. Arkivji li dawn l-aħħar snin tant sar xogħol sabiex l-istorja kbira miktuba fihom ma tintilifx.