Għada huwa l-Jum Dinji Marittimu, bit-tema “Shipping: indispensable to the world”
U bir-raġun. Kont taf li s-sena li għaddiet, il-valur tal-kummerċ li sar bil-baħar bejn l-Unjoni Eworpea u pajjiżi terzi laħħaq il- €1,777 biljun? Dan ifisser 51% tal-kummerċ kollu ta’ k li sar mill-Unjoni.
53% tal-oġġetti importati lejn l-Ewropa ġew bil-baħar, filwaqt li 48% tal-prodotti kollha esportati lil pajjiżi li mhumiex membri fl-Unjoni ttieħdu bil-baħar.
Malta hija r-raba’ l-aktar pajjiż li jagħmel kummerċ bil-baħar lejn pajjiżi terzi. Skont l-Eurostat, l-iktar pajjiżi li jagħmlu kummerċ b’dan il-mod kienu dawn:
Portugal (81% mill-valur tal-kummerċ kollu jsir bil-baħar)
Ċipru (80%)
Il-Greċja (77%)
Spanja (74%)
Malta (67%)
L-Italja (61%)
L-iktar portijiet bieżla fl-ammont ta’ xogħol li jgħaddi minnhom jibqgħu dawk f’Rotterdam, Antwerp u Hamburg.