Il-Prim Ministru Robert Abela sostna l-importanza li l-Gvern issa aktar minn qatt qabel jibqa’ jiffoka fuq il-ħidma tiegħu.
Il-Prim Ministru qal dan il-Ġimgħa filgħodu u saħaq ukoll li l-Gvern se jibqa’ ffukat li jmexxi l-pajjiż ‘il quddiem b’mod b’saħħtu.
Intant dwar l-instabbiltà kbira li qed taħkem lill-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-problemi tal-Oppożizzjoni jibqgħu tal-Oppożizzjoni u trid tara kif se ssolvihom.