“Aħna lesti li nimxu t-triq kollha, u nirtiraw l-abbozzi ta’ liġi biex bħala ġest ta’ rieda tajba nasslu għal ftehim u nevitaw inkwiet żejjed fil-qasam edukattiv”.
Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo f’konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern lest jirtira l-abbozz ta’ liġi dwar l-edukazzjoni bħala sinjal ta’ rieda tajba.