Aħna l-moviment tan-nies iffukati favur is-Saħħa lill-Maltin.
Dan kien il-kliem tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt attività politika maħnuqa b’folla sabiħa ta’ nies fil-pjazza tal-Mosta.
F’merħba mill-isbaħ min-nies preżenti, il-Prim Ministru tenna li l-aħna hija l-akbar mill-jiena, għajta li dejjem tibqa’ timbotta lil dan il-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem.
Il-Prim Ministru fakkar f’ġimgħa li ġabet emozzjonijiet differenti. Dr Abela tkellem dwar diversi laqgħat li kellu ma’ persuni differenti fl-aħħar jiem però ħaddieħor jemmen biss li għandu l-monopolju fuq is-sewwa u jattakka lil kull persuna li ma taqbilx miegħu.
Hawnhekk il-Prim Ministru tenna li kull min jaqdi lil dan l-istat, se jsib lil dan il-Gvern spalla ma’ spalla miegħu. Fil-fatt tenna li b’tarka sħiħa, mhux se jħalli lil ħaddieħor jirrikatta lil persuni li jwettqu xogħolhom b’mod onest.
Hawnhekk tkellem dwar Dr Chris Fearne, li ta ħajtu biex jaqdi lil dan il-pajjiż u qatt m’għandu jkun fil-mira ta’ nies kontra Malta.
Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru awgura jum l-omm lill-ommijiet kollha u tenna li bis-saħħa ta’ miżuri li ħa dan il-Gvern ħafna ommijiet jistgħu jiċċelebraw dan il-jum.
Il-Prim Ministru aċċenna għal numru ta’ miżuri li ħa dan il-Gvern fl-intrapriża minkejja sfidi bla preċdent. Tenna li dan huwa l-mod ta’ kif dan il-Partit jagħti s-saħħa lill-ħaddiem.
Dr Abela tenna li minkejja li l-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar li jrid jagħmel gwerra qaddisa, il-Partit Laburista jitkellem dwar il-ħidma sfieqa għall-ġid ta’ dan il-pajjiż.
Il-Prim Ministru Robert Abela kompla jgħid li ħaddieħor se jkompli jiddiletta b’kampanji ta’ mibgħeda però qatt mhuma se jirnexxilhom jifirduna minn xulxin u se jibqa’ ffukat biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
F’messaġġ ċar u sod, il-Prim Ministru tenna li l-fiduċja tan-nies hija l-mod ta’ kif inkomplu ngħelbu l-establishment li ma jrid xejn għajr poter.
Il-Prim Ministru temm jgħid li l-vot tat-tmienja ta’ Ġunju huwa vot favur Gvern li jkompli jaħdem għas-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Fl-istess attività politika tkellem id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef fejn sellem lil Chris Fearne u aċċenna li konna għadna u nibqgħu b’fiduċja sħiħa fih.
Huwa tenna li Dr Chris Fearne mhux biss ta saħħtu kollha lil dan il-pajjiż imma anka lill-Partit Laburista.
Il-Perit Micallef spjega li r-raġuni li ġġibna flimkien bħala Partit Laburista, għaliex dan il-partit twaqqaf għall-kotra, kotra li qabel ma kellhiex l-opportunità li teduka ruħha.
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef qal li matul is-snin inbidlu ħafna affarijiet però rrimarka li l-Partit Nazzjonalista ħares lejn il-kotra bħala nies tat-third division u qatt ma aċċettaw li l-monopolju tal-poter tagħhom spiċċa.
Daniel Micallef tenna li dan il-Gvern għandu għan wieħed biss, li jaġdem għall-kotra biex dan il-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem. Huwa tenna li dan il-Partit kien u se jibqa’ hawn għall-kotra.
Daniel Micallef fakkar kif ftit inqas minn xahar ieħor se nkunu nafu r-riżultati tal-elezzjoni tat-tmienja ta’ Ġunju li ġej. Huwa qal li minkejja li l-Partit Nazzjonalista għandu l-aġenda lesta għalih minn ħaddieħor, il-Partit Laburista qed jagħmel minn kollox biex ikompli jwettaq il-miżuri kollha tal-elf proposta fil-Manifest Elettorali Malta Flimkien.
Micallef fakkar fl-iskema New Hope, skema li toffri tama lil dawk li ma rnexxilhomx jiksbu polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja minħabba li kellhom xi mard, jew għandhom kundizzjonijiet mediċi jew xi diżabilità.
Daniel Micallef qal li din kienet il-bidla li tibqa’ tiddistingwina minn ħaddieħor, bidliet li jolqtu lil persuna fil-laħam il-ħaj.
Daniel temm jgħid li ħaddieħor irid il-firda u jobżoq fuq pajjiżna, però dan il-Partit jibqa’ jaħdem biex nagħtu s-saħħa lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.