Ħaddiema fis-settur tas-Saħħa li qegħdin fuq quddiem nett jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jkomplu bil-ġlieda kontra l-Coronavirus, qegħdin jagħmlu appell lill-pubbliku. Fuq il-midja soċjali l-ħaddiema tal-emerġenza qalu li għalkemm qed jegħjew għadhom b’saħħithom mentalment u fadlilhom il-fidi u t-tama li fimkien se noħorġu minn dan il-mument diffiċli.
“Ħallejna lill-familja warajna”, stqarr ħaddiem tal-emerġenza li spjega kif qegħdin jagħtu ħilithom kollha f’din il-battalja.
Huma temmew l-appell tagħhom bil-kliem “Għinuna ngħinukom” billi noqogħdu d-dar biex b’hekk inkunu nistgħu negħlbu dan iż-żmien diffiċli flimkien.