Li wieħed isuq u juża l-mobile, ħażina imma narawha. Li wieħed jiekol jew jixrob waqt li jsuq, ħażina imma narawha wkoll.
Li wieħed jaqra xi forma ta’ rivista waqt is-sewqan hija ftit iktar rari, iżda tiġri wkoll. Jista’ jkun ukoll li kien qed jara mappa biex jidentifika fejn sejjer. Is-sewwieq f’dan il-filmat li ttella’ minn Malta Roads jidher aljenat tant li waqaf bl-eżatt fuq iż-zebra crossing.
Ħarsa ħafifa lejn il-Highway Code turina dawn ir-rakkomandazzjonijiet għall-konċentrazzjoni fit-toroq:
- ebda mużika għolja, għax din tgħatti ħsejjes oħra
- tipprovax taqra’ mapep
- iddaħħalx cassette jew CD jew toqod tqalleb fl-istazzjonijiet tar-radju
- targumentax mal-passiġġiera jew inkella ma’ nies oħra fit-triq
- tiekolx u tixrobx waqt li ssuq