Meta ma tibqax sejjer kif int, triq waħda bissa hemm: li tmur lura. Dan qalu l-Ministru Evarist Bartolo li ndirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru Edward Scicluna fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Tkellmu dwar il-proposti ta’ Simon Busuttil dwar l-impjieg u l-ekonomija. Il-Ministru Scicluna spjega li t-tħassib tal-poplu hu li l-proposti tant saru bl-addoċċ li hemm riskju kbir li se jinħatt dak li amministrazzjoni Laburista bniet.
Ħarsa lejn x’ġara f’dawn l-aħħar snin, u jirriżulta li huwa minnu li Malta kisbet l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku li tisboq il-medja Ewropea fl-impjiegi.
Meta ħarġet l-istatsitika bil-persuni b’povertà severa, irriżulta li dan naqas bin-nofs. Dawn ma nkisbux b’kumbinazzajoni imma b’serje ta’ baġits mirquma u bil-ħsieb. Ir-rata dejjem taċċellera tal-parteċipazzjoni tan-nisa kienet kruċjali. L-istess bħal ma kienu ċ-childcare u tnaqqis ta’ taxxa, flimkien ma’ servizzi bħal breafast clubs, il-kunċett li jaqbillek taħdem, il-youth guaranatee, it-tapering u inwork benefits. B’hekk in-nies ma jibqgħux fil-poverty trap.
Scicluna fakkar li l-ikbar proposta ta’ Busuttil hi li jkollu grupp ta’ economic advisors – qal li ta’ min iwaqqfu qabel dawn il-grupp, biex joħorġu bi proposti li ma jwaqqgħux dak li bena dan il-Gvern.
Il-Minsitru Bartolo qal li qabel l-2013, is-sitwazzjoni kient differenti. Issa l-pajjiż igawdi minn surplus. Dan it-tkabbir ekonomiku irid jinzam biex jibqgħu jinħolqu l-impjiegi.