Id-dieqa u l-għafsa ta’ qalb fost il-ġirien tagħna f’Amatrice tkompli hekk kif illum l-Italja qamet f’jum ta’ luttu nazzjonali għall-vittmi tat-terrimoti li ħakmu l-pajjiż fl-aħħar jiem.
Tispikka l-ittra li kiteb ħaddiem tal-protezzjoni ċivili lil tifla żgħira li tilfet ħajjitha fit-terremot fl-Italja.
Giulia Rinaldo ta’ 10 snin nstabet fuq oħtha ż-żgħira, Giorgia, li nstabet ħajja wara 16-il siegħa mirduma fit-tifrik f’Pescara del Tronto.
Din l-ittra nstabet fuq tebut abjad, ffirmata minn Andrea.
“Għażiża ċkejkna, irnexxieli biss ngħin biex tinħareġ minn taħt iċ-ċella ta’ tifrik. Aħfrilna jekk wasalna tard wisq. Iżda n-nifs waqaf sa x’ħin wasalt, iżda nixtieqek tkun taf li għamilna dak kollu li stajna biex nsalvawk. Meta nmur id-dar, se nkun naf li għandi anġlu jħares fuqi.”
Huwa sellem liċ-ċkejkna Giulia, u qalla li jħobbha avolja qatt ma rnexxilha tiltaqa miegħu.