ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Il-Provinċja Agostinjana f’Malta tilqa’ bil-ferħ l-aħbar tal-Papa l-ġdid

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      “Il-Papa Leone XIV se jkun it-tieni kapitlu tal-Papa Franġisku” – Frank Zammit,…

      8 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

      8 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Papa Leone XIV diġà żar pajjiżna diversi drabi

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Min hu l-Papa Iljun XIV? – Il-ħajja ta’ Robert Francis Prevost

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      “Il-Papa Leone XIV se jkun it-tieni kapitlu tal-Papa Franġisku” – Frank Zammit,…

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Bosta mexxejja dinjija jawguraw lill-Papa Leone XIV – inkluż minn Malta

      8 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      MILL-PARLAMENT

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Norbert Attard jirbaħ il-Premier League of Darts

      7 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-Enemed Futsal Premier League f’fażi deċiżiva

      7 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Boċċi: Żebbuġ ikomplu bir-rebħ

      7 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Awla ta’ din il-ġimgħa dwar it-tqala

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      L-avventura tkompli! X’ġaralha Amy waqt Liquorish?

      5 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Beda l-ġbid għal sensiela komika ġdida li ser tixxandar fuq ONE

      3 ta’ April 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd

Bloggers

Aħbarijiet bla sens issa suppost jonqsu

minn ONE News 5 ta' Ottubru 2016
minn ONE News 5 ta' Ottubru 2016

It-twassil tal-aħbarijiet ilu magħna minn qabel ma l-bniedem għaraf jikteb jiġifieri xi 3,000 sena qabel Kristu. Kull min kien jitħarrek minn post għall-ieħor instabu dokumenti li juru li fejn kien jasal kulħadd kien jistaqsih minn fejn ġej, x’ħalla warajh. U jekk ikun se jitlaq l-istess: għidilna x’ikun sar minnek, tina aħbarek. Biż-żmien it-twassil tal-aħbar sar soffistikat aktar saħansitra bl-ewwel ‘ġurnali’ miktuba fuq tabelli tat-tafal jew tal-metall minn żmien ir-Rumani. Dawn bnew toroq pubbliċi apposta minn fejn ġerrej kien iwassal l-aħbar, l-aktar fejn kienet tidħol l-armata, il-gwerer jew il-politka. Ġerrej kien jasal jagħmel xi 33 kilometru kuljum u kien jitħallas b’rata fissa sakemm ma jaqtax nifsu u jibqa’ fuq il-post u l-aħbar ma tasal qatt. Ir-Rumani kienu qieshom bdew l-avviżi tal-gvern miktuba għall-2,500 belt li kellhom imxerrda fl-Imperu fil-Punent, inkluż Malta.

L-ewwel gazzetta Maltija

Il-gazzetta kien il-prezz tal-ewwel ġurnal Venezjan bl-isem Notizie scritte fis-seklu 16 iżda malajr  ħa n-nar u kulħadd beda jferrex kemm jiflaħ aħbarijiet, jew aħjar avviżi, l-aktar fejn kienu jinvolvu n-negozju jew fuq dak li kienu jiddeċiedu l-gvernijiet. Biż-żmien fl-aħbarijiet tal-gazzetti bdew deħlin kurżitajiet, ħwejjeġ li jinteressaw lil ħafna, xi avveniment straordinarju, kif ukoll l-avviżi governattivi. Filwaqt li l-ġurnali bdew ifeġġu f’diversi pajjiżi Ewropej l-aktar li xterrdu bl-armati. Matul il-Gwerer Napoleoniċi kellhom ġurnal militari mimli avviżi għal kull kampanja. Malta l-ewwel gazzetta li qatt dehret kienet fil-fatt Journal de Malte (stampata bit-Taljan u l-Franċiż) li bdiet f’Lulju tal-1798; ħargu xi 10 b’kollox u l-biċċa l-kbira jinsabu l-Biblioteka, il-Belt. Dokument storiku għal pajjiżna għalkemm rari jiġi inkluż fil-wirjiet nazzjonali li jittellgħu għal diversi okkażżjonijiet. Tista’ tgħid minn dan il-ġurnal tnisslet il-Gazzetta tal-Gvern li għadha ħajja sal-lum.

La semmejna l-Franċiżi kien fil-fatt Charles-Louis Havas li beda l-ewwel aġenzija tal-aħbarijiet, dik li llum saret magħrufa bħala Agence France-Presse (AFP). Bdiha fl-1832 billi beda jaqleb aħbarijiet minn ġurnali internazzjonali u jgħaddihom lill-ġurnali f’pajjiżu ma’ kull lokal. Fl-1835 ġa kien sar internazzjonali u beda juża t-telegrafu fl-1845. Sa tard fis-seklu 19 AFP ġa kellu korrispondenti stabbiliti f’diversi kapitali tad-dinja. Illum Reuters l-aktar li qed tagħmel flus bħala aġenzija bi dħul ta’ madwar 20 biljun dollaru fis-sena.

Xbiek ta’ aħbarijiet televiżivi

Ma’ kull invenzjoni teknoloġika fi żmienna l-aħbarijiet dejjem sabu post ewlieni biex jitwasslu b’ħeffa u korrettezza. Qatt ma kien faċli tegħleb il-bias tal-bulletini tal-aħbarijiet għax kull stazzjon jew organizazzjoni għandha politka tagħha (house policy) li trid tirrispetta. Kanali tat-televiżjoni mis-satellita ‘l  hawn intebħu li jekk se jkollhom l-aħbarijiet iridu jwasslu l-interessi u l-kultura ta’ pajjiżhom lil kemm nies possibli.  Hekk nibtu CNN Amerikana, BBC Ingliża (ilha xxandar mis-snin 20), Sky (ta’ Murdoch preżenti kullimkien inkluż iċ-Ċina) u għalina qrib, ir-RAI li  ħadet l-aħbarijiet bis-serjetà u llum waqqfet Rai News internazzjonali għal min jifhem il-lingwa fid-dinja kollha. Il-Franċiżi qatt ma jkunu lura fil-kommunikazzjoni – ivvintaw iċ-ċinema fi tmiem is-seklu 19 – u wara  ħafna snin ta’ dibattitu ntebħu li kellhom iwaqqfu France 24 bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Għarbi. Al Gażira  hu dominanti mid-dinja tal-Lvant. Ir-Russi u ċ-Ċiniżi wkoll daħlu fl-arena li jikkomunikaw bl-Ingliż dak li jseħħ f’pajjiżhom għalkemm għad iridu jimxu ħafna biex isiru kredibbli.

Malta qatt ma baqgħet lura. Għal raġunijiet ta’ propaganda kolonjali twaqqaf ir-Rediffusion  hawn fl-1935 biex jikkumbatti t-Taljan li kienet il-lingwa akkademika u amministrattiva għal sekli sħaħ. Fl-1962 il-kumpanija Ingliża rat li biex tikkumbatti lir-RAI, li kien ġa xtered sew f’pajjiżna, kien  hemm bżonn l-MTV, stazzjoni Malti b’kontenut influwenti Ingliż.  Ħdax-il sena wara l-indipendenza fl-1975, pajjiżna  ħa x-xandir f’idejh u l-kontenut beda jirrifletti l-interessi u l-kultura tagħna  ħafna aktar; xejn xejn għebet iċ-ċensura mill-barrani ta’ x’jaqbel nisimgħu u naraw.

Pluraliżmu: vantaġġ jew żvantaġġ?

Fil-bidu tas-snin 90 daħal il-pluraliżmu. Kien pass ‘il quddiem fid-demokrazija iżda ħalibna għax dal-pajjiż ċkejken wisq biex iservi daqstant għejjun ta’ xandir u aħbarijiet. Ġebbidna t-talenti u l-għarfien tekniku kemm flaħna iżda b’xi mod irnexxa għax barra li ssaħħah ix-xandir publiku ma naqasx li l-privati baqgħu jagħtu sehemhom fil-limiti tal-finanzi li jippermettulhom minhabba li d-dħul mir-riklamar Malta ma tantx jista’ jikber aktar milli hu. Ukoll jekk f’sitwazzjoni stamba, fejn il-partiti għandhom stazzjonijiet tagħhom f’kull qasam, teknikament avvanzaw ferm – illum il-kbar bl-HD –  armati sa sninhom. Ix-xandir pubbliku baqa’ jinvesti fit-TV u servizzi anċillari filwaqt li fil-privat insibu l-One TV quddiemnett mhux biss fil-popolarità iżda wkoll fl-investimenti ta’ tixrid bil-mezzi soċjali (dal-portal eżempju). Iż-żewġ driegħ tal-partiti ewlenin (il-One u n-Net)  ħadu l-media bis-serjetà u l-cross media tagħhom illum  hi dominanti ferm – gazzetti, kotba, internet, TV u radju. Osservaturi tal-media jgħidu li l-politika  hi preżenti wisq f’ħajjitna (u naħseb li veru) iżda mill-banda l-oħra ż-żewg kanali baqgħu jikkompetu wkoll f’kull qasam tax-xandir biex jagħtu servizz  ħolistiku li jixbah lil dak li jagħtu x-xandara pubbliċi fl-Ewropa.

Mhemmx dubju li l-aħbarijiet ikunu l-qawwa ewlenija (flagship) ta’ kull stazzjon. Malta għad m’għandniex stazzjon bħas-CNN lokali li ma jieqafx jagħti l-aġġornamenti tal-aħbarijiet u jista’ jkun li mhawnx postu. Għaliex? Għax irridu nammettu li dal-gżejjer żgħar wisq u ftit li xejn jiġru avvenimenti biżżejjed biex timla bulletin kuljum. Fis-sajf (silly season għall-aħbarijiet) biex ittella’ bulletin eċċitanti ta’ aħbarijiet, kemm radju kif ukoll TV u anki gazzetti, xi drabi trid tegħreq l-għaraq tad-demm. Dħul il-ħarifa niċċaqilqu u għalhekk wieħed jippretendi li minn dax-xahar niskartaw aktar kronaka li toriġina mill-okkorrenzi tal-pulizija u nivvalutaw aħjar x’jagħmel aħbar ta’ interess nazzjonali. L-inventività ma tonqosx u tammira stazzjonijiet li mix-xejn joħolqu storja mqar kurjuża, iżda mhux aħbar. L-akbar vojt li fil-fehma tiegħi għad irridu nimlew, wisq iżjed fuq it-TV hi l-investigazzjoni. Għandna kmamar tal-aħbarijiet (hawn inkluż ir-radju) li għandhom ħabta jxandru dak li jiġu mitmugħa minn azjendi jew dipartimenti diversi bla ma jfittxu iżjed fil-fond. Dan jgħodd għal kulħadd.  Ħasra li xi drabi wara biss ftit minuti ta’ bulletin tintebaħ liema linja u limitu (għandux aħbarijiet tajba jew le) sejjer u bil-poter tar-remote f’idek tfittex xi ħaga aktar ġdida (aħbar tkun aħbar għax ma tkunx tafha ġa) fuq xi kanal barrani.

Aħna maqsumin fis-segwitu tal-aħbarijiet?

Irridu noqogħdu attenti li ma nippolarizzawx wisq is-soċjetà Maltija. Qabel kien hawn tal-belt u tar-raħal; tal-iskola u dawk tal-id. Illum il-qasma (tal-anqas fil-media) jista’ jkun  hi dawk li qed isegwu x’inhu jiġri nazzjonalment (b’ventilazzjoni qasira tal-internazzjonali) u dawk li jsegwu biss il-media barranija. Noqogħdu attenti li ma nispiċċawx b’semmiegħa u telespettaturi li j ħossuhom komdi fi gżira (bit-tajjeb u l-ħażin tal-limitu) u dawk li  hawn ma jesagħhomx. It-TV għadu b’saħħtu – l-Istati Uniti d-dibattitu ta’ Clinton u Trump ftit ilu ġibed 80 miljun barra pajjiżi oħra. Fit-TV l-aħjar li nimmiraw għal dawk li jsegwu l-media lokali għax isibuha sfidanti, friska u awtentika u mhux bi drawwa jew lealtà biss. Il-poplu għandu moħħu u waqt li jisma’ u jara ħafna, jaf jagħrbel, jiżen u jiġġudika aktar milli bosta drabi naħsbu.

Ritratt f’ras il-blog juri tliet vapuri tal-cruises ipparkjati qrib xulxin is-sajf li għadda, turija ta’ movimenti pożittivi fit-turiżmu – iżda fi gżira żgħira ftit aktar ħwejjeġ jiġru matul is-silly season tal-aħbarijiet.

Ritratt tal-ġimgħa juri Triq Merkanti minn fuq bis-siġar jinbtu fin-nofs: għal xi wħud din aħbar li tara s-siġar hemm imma trid toħloq investigazzjoni għala qed jitpoġġew hemm biex issir storja interessanti. Jaqbel tgħatti l-veduti tal-bini matul it-triq jew sbieħ għax joffru kenn u dell?

charles-belt-vlt

TAGS aħbarijiet
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Il-Provinċja Agostinjana f’Malta tilqa’ bil-ferħ l-aħbar tal-Papa l-ġdid

    8 ta' Mejju 2025
  • Papa Leone XIV diġà żar pajjiżna diversi drabi

    8 ta' Mejju 2025
  • Min hu l-Papa Iljun XIV? – Il-ħajja ta’ Robert Francis Prevost

    8 ta' Mejju 2025
  • “Il-Papa Leone XIV se jkun it-tieni kapitlu tal-Papa Franġisku” – Frank Zammit, Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede

    8 ta' Mejju 2025
  • Bosta mexxejja dinjija jawguraw lill-Papa Leone XIV – inkluż minn Malta

    8 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept